Qed nikkontesta fuq it-Tieni Distrett

Georvin Bugeja
Tiegħek

Wara aktar minn 13 -il sena bħala attivist politiku, qed nagħmel dan il-pass għax nemmen li nista’ nkun ta’ servizz għall-komunitajiet li tawni ħafna matul is-snin. Issa rrid inrodd lura lilek b’ħafna ħidma, u nkun il-vuċi tiegħek

29 Sena età
13 -il Sena ta’ attiviżmu
16 -il Sena fix-xandir
Qrib Kull Lokalità
Bormla Birgu Isla Kalkara Żabbar Xgħajra Fgura Marsaskala Bormla Birgu Isla Kalkara Żabbar Xgħajra Fgura Marsaskala
Min Jien

Persuna qrib in-nies, dejjem preżenti

Twelidt fit-30 ta’ Novembru 1996. Avukat. Dejjem emmint fl-importanza ta’ ħajja ċivika attiva. Kont attiv fuq livell lokali għal numru ta’ snin, sakemm involvejt ruħi fl-istazzjon ONE u eventwalment fil-Partit Laburista. Tlajt tarġa, tarġa, u servejt f’irwoli varji fiż-Żgħażagħ Laburisti, l-aktar riċenti bħala President tal-istess fergħa. Kont elett ukoll bħala l-ewwel Malti li qatt serva bħala Viċi President taż-Żgħażagħ Soċjalisti Ewropej (YES). Imbuttajt ‘il quddiem l-aġenda progressiva u riformista għal pajjiż aħjar u hekk determinat li nibqa’ nagħmel għall-avvanz soċjali ta’ kull persuna f’pajjiżna. Għax dejjem emmint li l-politika nagħmluha viċin in-nies. Għaldaqstant dan il-pass jinħass naturali wara snin ta’ attiviżmu bla waqfien fi ħdan il-Partit Laburista. Għalija, is-servizz pubbliku jfisser li tisma’, u timplimenta bidliet li jtejbu l-kwalità tal-ħajja tan-nies.

L-istil ta’ politika tiegħi huwa wieħed miftuħ, ta’ rispett, li nemmen fid-djalogu. Dejjem kont onest u leali lejn il-prinċipji politiċi tiegħi u hekk irrid nibqa’ nagħmel. Għax nemmen li hekk jistħoqlok; politiċi li qegħdin hemm għalik, biex inwettqu l-ħolm tiegħek.

“Nemmen fid-djalogu. Dejjem kont onest u leali lejn il-prinċipji politiċi tiegħi u hekk irrid nibqa’ nagħmel. Għax nemmen li hekk jistħoqlok; politiċi li qegħdin hemm għalik, biex inwettqu l-ħolm tiegħek.”
Il-wiegħda tiegħi

Inkun viċin tiegħek

Kif dejjem kont viċin tiegħek, irrid nibqa’ naħdem miegħek fuq dak li jaffettwa l-livell tal-kwalità tal-ħajja tiegħek u tal-familja tiegħek

01

Nisimgħek

Irrid niltaqa’ miegħek, u nisma’ x’għandek tgħid. Kull idea tgħodd.

02

Inkun onest miegħek

Miegħi taf fejn qiegħed.

03

Naħdem, għalik

Naħdem b’lealtà għalik.

Għid tiegħek

L-ideat tiegħek jgħinuni nwassal l-aspirazzjonijiet tiegħek ‘il quddiem

Iktibli hawn taħt kif taħseb li nista’ nkun ta’ servizz għalik u jekk għandek xi ideat, nieħu gost jekk taqsamhom miegħi. Flimkien nistgħu nagħmlu d-differenza.

Id-dettalji li qed tniżżel jintużaw biss għall-fini ta’ komunikazzjoni u ma jiġux provvduti lil terzi.

Qrajt u nifhem li l-informazzjoni li nibgħat ser tinżamm kunfidenzjali u tintuża biss biex Georvin Bugeja u t-team tiegħu jkunu jistgħu jwieġbuni jew jikkuntattjawni dwar din l-inizjattiva.

Kuntatt dirett

Inżommu kuntatt miftuħ u ċar

Kull kuntatt huwa opportunità biex nisimgħu aħjar u nkomplu nagħmlu pressjoni fuq dak li tassew jgħodd.

Attivitajiet

Niltaqgħu, nisimgħu, u naħdmu aktar qrib tiegħek

Dawn huma attivitajiet u laqgħat li jgħinuna nibqgħu viċin tan-nies, nisimgħu aktar ideat, u nifhmu aħjar il-prijoritajiet ta’ kull lokalità.

Qed nitellgħu l-attivitajiet...